It-tfajliet irrappurtati nieqsa kienu diġà sfaw nieqsa drabi oħra

Sephora Camilleri u Donna Edris kienu rrappurtati nieqsa fl-aħħar sena u nofs f'każijiet separati

Iż-żewġ tfajliet li kienu rrappurtati nieqsa t-Tlieta filgħodu jidher li kienu diġà neqsin f'każijiet oħra. 

Sephora Camilleri, ta' 15-il sena, kien irrappurtata nieqsa f'Jannar li għadda, preċiżament fil-21 ta' Jannar 2014. Camilleri, flimkien ma' tfajla oħra kienu nstabu l-Fgura ftit sigħat wara li r-ritratti tagħhom dehru fil-mezzi tax-xandir.

Donna Edris, it-tfajla l-oħra ta' 16-il sena, kienet irrappurtata nieqsa fl-20 ta' Ġunju 2013. Kienet instabet ġimgħa wara. Minn informazzjoni li għandu dan il-ġurnal jidher li Edris kienet diġà għamlitha xi drabi oħra.

S'issa, kemm Sephora Camilleri u anke Donna Edris għadhom irrappurtati nieqsa. Kull min għandu xi informazzjoni għandu jagħmel kuntatt mal-Pulizija fuq in-numru 119 jew 21 224 001-9.

More in Kronaka