[AĠĠORNAT BIR-RITRATTI] Raġel jinqeleb b'forklifter f'Polidano Brothers

Emanuel Ellul ta' 34 sena minn Ħaż-Żebbuġ iddaħħal l-isptar u ġie operat f'idejh

Il-forklifter li nqaleb ilbieraħ għand Polidano Brothers
Il-forklifter li nqaleb ilbieraħ għand Polidano Brothers

Ilbieraħ ġie rrappurtat li Emanuel Ellul ta' 34 sena minn Ħaż-Żebbuġ kien meħud malajr l-isptar Mater Dei wara li l-forklifter li kien qiegħed jaħdem bih, inqaleb.

Ilbieraħ ir-raġel ittieħed l-isptar u ġie operat fi driegħu. Il-kundizzjoni tiegħu hija stabbli.

Hu mifhum li l-ħaddiema li kienu qed jaħdmu miegħu ġrew mill-ewwel biex jagħtuh l-ewwel għajnuna. Ma kienx hemm il-ħtieġa mid-Dipartment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz ta' ambulanza u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

L-inċident seħħ f'Ħal Farruġ, fuq is-sit ta' Polidano Bros għal ħabta tal-11.15am.

More in Kronaka