Gwardjani jtellfu ġbid ta' film

Żewġ gwardjani lokali nisa jtellfu ġbid ta' film f'Tigne

L-istorja bir-ritratti
L-istorja bir-ritratti

Persuni li kienu mexjin Tigne quddiem il-lukanda kienu diżgustati meta raw żewġ gwardjani nisa itellfu minn ġbid ta' film li kien qed isir quddiem il-lukanda.

Persuni li kienu qed jaraw xena ta' film barrani tinġibed raw żewġ gwardjani lokali nisa li pparkjaw il-karrozza tagħhom quddiem il-lukanda. It-tim tal-film talbuhom ineħħuha għax il-karrozza kienet qed ittellef mix-xena. Iżda dawn instemgħu jgħidu li huma kienu fuq xogħol għassa mat-taraġ u ħallew il-karrozza fejn poġġewha.

It-tim li kien qed jiffilmja kellu jibdel il-mod kif se tinġibed ix-xena biex ma jġibux il-karrozza tal-gwardjani. Nies li kienu qed jaraw din ix-xena kienu ferm diżgustati meta kulħadd jaf kemm il-gvern qed jaħdem biex iġib l-industrija tal-films f'Malta li tħalli tant flus u dawn it-talin ma interessahom xejn li jtellfu milli jinġibed dan il-film, b'sogru li dawn ma jersqux iżjed 'l hawn.

L-ILLUM titlob li dan il-każ jiġi nvestigat min-nies responsabbli


 

More in Zekzik