[AĠĠORNAT 2] L-immigranti se jittieħdu l-Italja

Immigranti Sirjani ma ridux jidħlu Malta

immigranti li deħlin Malta bħalissa
immigranti li deħlin Malta bħalissa

Ġie kkonfermat li wara li nltaħaq qbil bejn l-Awtoritajiet Taljani u dawk Maltin, l-immigranti se jmorru l-Italja. Dan fuq l-insistenza tagħhom li ma jiddaħħlux Malta.

Iktar kmieni

Sadattant dan is-sit hu infurmat li dawn l-immigranti li l-forzi armati Maltin qed jippruvaw iġibuhom lejn Malta wara li ġew salvati aktar kmieni dalgħodu qed jisħqu li huma jridu jmorru l-Italja.

Vapur tal-merkanzija salva madwar 220 immigrant li qed jingħad li huma Sirjani minn fuq dgħajsa tas-sajd f'baħar qawwi maħkum minn riħ Forza 7.

Id-dgħajsa kienet 285 mil min-naħa t'isfel ta' Malta u fiha hemm nisa u tfal ukoll. Il-vapur jinsab fin-naħa tal-Punent ta' Malta u bħalissa patrol boats Maltin qed jitrasferixxu lil dawn l-immigranti biex iġibuhom Malta.

 

 

More in Kronaka