510 immigranti salvati minn vapur tal-merkanzija

Il-vapur merkantili 'Caprice' salva 510 immigranti u ħadhom Pozzallo. 263 oħra mistennija jinżlu Messina

Skont rapporti fuq is-sit elettroniku ta' Nuova Sud, dalgħodu l-vapur merkantili 'C.S. Caprice' li jġorr bandiera tal-Bahamas għen 510 immigranti fil-Kanal ta' Sqallija. Fosthom kien hemm żewġ immigranti feruti. Din l-operazzjoni ħadet aktar minn sagħtejn biex l-immigranti tniżżlu Pozzallo.

Sadattant f'Messina l-vapur tam-navy Taljana, San Giorgio mistennija tniżżel 263 immigrant ieħor: 248 raġel, 13-il mara u żewġ itfal. Dawn ġew miġbura 70 mil bogħod mill-kosta tal-Libja.

More in Kronaka