[AĠĠORNAT] Nirien f'lukanda fil-Mellieħa

Ir-residenti kollha tal-lukanda Solana Hotel ġew evakwati

Intalbet l-assistenza medika
Intalbet l-assistenza medika

Illum.com.mt għadha kif ġiet mgħarrfa li fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa ġew irrappurtati nirien fil-lukanda Solana Hotel.

In-nar ġie kkawżat minn short circuit f'televixin fit-tieni sular.

Ir-residenti kollha ġew evakwati.

Bħalissa t-triq hi magħluqa u hemm il-pumpiera tal-protezzjoni ċivili. Ħadd ma weġġa' iżda kien hemm min bela' duħħan u ntalbet l-assistenza medika.

Fuq il-post kien hemm il-pulizija tad-distrett u tal-RIU li kellhom jgħalqu t-triq għat-traffiku.

More in Kronaka