Jinqabdu f'Malta kotba misruqa mill-Moskei Libjani

Qurani antiki mill-moskei storiċi ta' Tripli li kienu attakkati dax-xahar jiġu interċettati minn uffiċjali Maltin

Il-kotba antiki li nqabdu f'Malta
Il-kotba antiki li nqabdu f'Malta

Kotba u manuskritti antiki nstabu f'bagalja li ġiet eżaminata fid-dwana ta' Malta u nżammet. Għadu mhux magħruf jekk il-persuna li kellha din il-bagalja ġietx arrestata. Jekk ikunu konfermati li dawn il-volumi huma misruqa, ikun ifisser li l-wirt tal-Libja hu mhedded minn serq tal-istorja tagħhom. Fejn dan il-fatt mhux permess mit-tagħlim Iżlamiku.

Wara s-serq tal-Moskei Karamnli u Othman Pasha madrassa aktar kmieni dan ix-xahar, id-direttur ġenerali tal-UNESCO Irina Bokova qalet li s-serq u t-traffikar illeċitu ta' oġġetti kulturali jistgħu jkomplu jiftħu l-ferita tas-soċjetà Libjana li qiegħda tiġġieled għan-normalità u li tirkupra mill-inkwiet u problemi.

Esperti kwalifikati qed jaqilgħu pulpti u biċċiet tal-arti oħra minn moskei mill-parti antika ta' Tripli biex isalvawhom milli jinsterqu jew issirlhom xi ħsarat u jitpoġġew f'postijiet 'safe'. Skont Husam Bash Imam, id-direttur ta' Tripli għad-dipartiment tal-amministrazzjoni ta' bliet storiċi, tim ta' restawraturi mid-dipartiment tal-antikitajiet qed jieħu ħsieb biex ineħħu dawn il-biċċiet ta' arti prezzjużi biex ma ssirilhomx aktar ħsara.

 

 

More in Kronaka