[AĠĠORNAT 2] Falza stikka f'Wied iż-Żurrieq

Grupp ta' 13-il bugħaddas ħasbu li tilfu lil seħibhom, iżda dan kien tela' minn banda oħra

Apparat tal-Bughaddasa f'Wied iż-Żurrieq. Ritratt John Pisani
Apparat tal-Bughaddasa f'Wied iż-Żurrieq. Ritratt John Pisani
Wied iż-Żurrieq fejn sar il-każ. Ritratt John Pisani
Wied iż-Żurrieq fejn sar il-każ. Ritratt John Pisani
Il-lanċa ta' salvataġġ tal-FAM il-Melita 1 waqt it-tfittxija.  Ritratt John Pisani
Il-lanċa ta' salvataġġ tal-FAM il-Melita 1 waqt it-tfittxija. Ritratt John Pisani
It-tim mediku li rrisponda għas-sejħa tal-għajnuna f'Wied iż-Żurrieq.  Ritratt John Pisani
It-tim mediku li rrisponda għas-sejħa tal-għajnuna f'Wied iż-Żurrieq. Ritratt John Pisani

Fi stqarrija l-Forzi Armati ta' Malta qalu li aktar kmieni llum waranofsinhar intalbet l-assistenza tagħhom meta 13-il bughaddas sabu diffikultà jitilgħu lejn l-art minħabba l-baħar qawwi. Fuq il-post intbagħtu kemm il-lanċa tas-salvataġġ il-Melita 1 kif ukoll il-ħelikopter Alouette li minn fuqu tniżżel 'rescuer' li għen lil 12 mill-bugħaddasa jitilgħu fuq dgħajsa privata. Dawn iddaħħlu l-art qawwijin u sħaħ. Il-bugħaddas l-ieħor tela' waħdu (ara aktar 'isfel)...

Iktar kmieni

Dalgħodu, grupp ta' 13-il bugħaddas kienu qegħdin jgħoddsu f'Wied iż-Żurrieq. Meta telgħu fil-wiċċ biex jaraw li kollox sew u kulħadd għadu magħhom indunaw li kienu qegħdin 12. Immedjatament sejħu l-għajnuna tal-Forzi Armati bil-lanċa tas-salvataġġ Melita 1 biex tibda tfittxija għall-bugħaddas nieqes. Ġew imsejħa wkoll ambulanzi f'każ ta' ħtieġa tal-ewwel għajnuna u l-Pulizija.

Fuq il-post marret ambulanza b'infermiera kif ukoll it-Tobba Michael Spiteri u Jonathan Joslin. 

Ġara iżda li ftit tal-ħin wara skoprew li l-bugħaddas kien sab xi diffikultà biex jitla' u tela' minn banda oħra. Il-bugħaddas ma kellu bżonn tal-ebda għajnuna medika u kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid.

More in Kronaka