It-tieni suldat maqtul fil-Kanada kemm ilha li ngħaqdet kontra l-ISIS

L-inċident fejn suldat Kanadiż kien maqtul minn persuna fil-bini tal-parlament kien it-tieni inċident fuq suldati Kanadiżi minn meta l-Kanada ngħaqdet fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku. 

Il-postijiet fejn saru l-isparaturi mis-satellita
Il-postijiet fejn saru l-isparaturi mis-satellita

Il-Kanada tinsab taħt xokk wara li persuni armati attakkaw il-bini tal-parlament Kanadiż u l-War Memorial. Fl-isparatura inqatel suldat li kien għassa mal-monument tal-gwerra, warta li ġew sparati diversi tiri lejh. Skont diversi xhiedha intqal li semgħu diversi tiri sparati fil-bini tal-parlament fejn qed jingħad li wieħed mis-suspettati li ġie identifikat bħala Michael Zehaf-Bibeau ġie maqtul mill-pulizija wara li daħal fil-parlament. Iżda l-armata Kanadiża tinsab fuq allert għall-aktar attakki li jistgħu jsiru fiċ-ċentru ta' Ottawa. 

Dan kien it-tieni inċident li fih nqatel suldat kanadiż minn meta l-Kanada ingħaqdet fil-ġlieda kontra l-Istat Iżlamiku. Nhar it-Tlieta fi Quebec żagħżugħ ta' 25 sena li kien qed jiġi segwit bħala Iżlamiku radikali tajjar apposta żewġ suldati u qatel wieħed minnhom. Martin Couture Rouleau, 25, minn Saint-Jean-sur-Richelieu, belt ċkejkna fin-naħa t'isfel ta' Montreal pprova jaħrab biul-karrozza iżda tilef il-kontroll tagħha u nqaleb. Kif ħareġ mill-karrozza pulizija li kienu qed isegwuh sparawlu minnufih u qatluh.

Dan kien wieħed minn 90 suspettat li kienu se jingħaqdu mal-militanti Iżlamiċi fis-Sirja u fl-Iraq. Jingħad li dan iż-żagħżugħ qaleb għall-Iżlam madwar sena ilu u kien jilbes it-0tunika Iżlamika flok il-jeans li kien jilbes is-soltu.

More in Kronaka