Iż-żagħżugħ li qatel lil Ġan Patist joħroġ fuq pleġġ

Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera kkwotat lil Giovanni Bonello li l-libertà personali hi r-regola u mhux l-eċċezzjoni

Il-kadavru ta' Gan Patist bejn il-ħajt u l-karozza. Ritratt John Pisani
Il-kadavru ta' Gan Patist bejn il-ħajt u l-karozza. Ritratt John Pisani

Iż-żagħżugħ ta' 17-il sena min-Naxxar, akkużat bi qtil involontarju ta' Ġan Patist Azzopardi ta' 66 sena u li weġġa' gravament lil Joseph Vella ta' 61 sena f'aċċident fatali tat-traffiku fl-Imtarfa, nhar it-Tnejn ħareġ fuq pleġġ.

Dan iż-żagħżugħ li kien qed isuq il-karozza tal-ġenituri tiegħu baqa' dieħel f'xelter tal-karozzi tal-linja, ġarraf il-kostruzzjoni tal-ġebel ta' dan l-istejġ u qatel lil Azzopardi.

L-avukati tad-difiża Giannella Demarco u Gianluca Caruana Curran talbu lill-Qorti li anke ċċedilu li l-ammont ma jitħallasx dak il-ħin għax iż-żagħżugħ għadu kif beda jaħdem issa.

Il-qorti aċċettat it-talba tad-difiża u ordnat lill-akkużat li jintrabat b'garanzija personali ta' €5,000 u ordnatlu li ma jersaqx lejn l-Imtarfa jew lejn ix-xhieda tal-prosekuzzjoni, jew joħroġ mid-dar bejn il-11pm u s-6am.

Il-ġenituri tal-akkużat iddikjaraw li huma ma jridux jieħdu passi fuq binhom talli serqilhom il-karozza. Il-Qorti ordnat ukoll li l-pubblikazzjoni tal-isem tal-akkużat ma ssirx għax għadu taħt l-età.

More in Kronaka