Imut Manni Spiteri

Manni Spiteri ħalla warajh karriera ta' 50 sena fix-xandir

Manni Spiteri
Manni Spiteri

Ilbieraħ filgħaxija miet xandar ta' esperjenza ta' 'l fuq minn 50 sena fid-dar tiegħu. Hu il-Kap Eżekuttiv tal-istazzjonijiet Nazzjonali tar-radju u televiżjoni għal 'l fuq minn 9 snin u kien inħatar l-ewwel ċermen u Direttur tal-kumpanija 'Public Broadcasting Services Ltd’. Serva wkoll bħala ċermen tal-RTK.

Tul il-karriera tiegħu bħala xandar professjonali u amministratur fil-mezzi tax-xandir, kien minn ta' quddiem fit-trawwim ta' kuxjenza nazzjonali fil-wirt ta’ pajjiżna u fl-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet letterarji u drammatiċi bl-ilsien Malti fuq il-mezzi tax-xandir. Bħalissa hu membru fuq il-bord ta' RTK u l-Media Centre, konsulent għall-mezzi tax-xandir u membru fil-kumitat tat-TV Unit. Fl-1999, kien maħtur membru fl-'Ordni Nazzjonali tal-Mertu' għas-servizzi tiegħu fil-qasam tax-xandir f'pajjiżna.

Il-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa li ġej fid-9.30 ta' filgħodu fil-knisja ta' Stella Maris f'Tas-Sliema.

More in Socjali