Jinstab katavru f'Wied iċ-Ċawsli Ħal-Qormi

Il-Kadavru kien fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni

Mhux eskluż li l-kadavru u ta' persuna li kienet irrapurtata nieqsa għal dawn l-aħħar jiem
Mhux eskluż li l-kadavru u ta' persuna li kienet irrapurtata nieqsa għal dawn l-aħħar jiem

Ftit tal-ħin ilu l-pulizija kienet infurmata bis-sejba ta' kadavru f'Wied iċ-Ċawsli f'Ħal-Qormi. Jidher li l-kadavru kien fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni.

Il-Pulizija tad-distrett immexxija mill-Ispettur Pierre Micallef Grimaud u s-Surġent Joseph Vella jinsabu fuq il-post fejn instab il-kadavru. Hemm ukoll il-Maġistrat Giovanni Grixti li fetaħ inkjesta filwaqt li ħatar numru ta' esperti fuq il-każ, inkluż it-tabib forensiku Dr Mario Scerri.

Mhux qed ikun eskluż li l-kadavru hu tal-persuna li kienet irrapurtata nieqsa xi jiem ilu.

More in Kronaka