‘Il-ħaddiem tradizzjonali jista jsir parti mill-ekonomija l’ ħadra’

 ‘Irridu nħallu baħar nadif u b’saħħtu għal uliedna u wlied uliedna’

Fl-Unjoni ewropea kull sena tiġi organizzata konferenza msejħa l-‘Green Week’ u għal din is-sena din kienet organizzata l-ġimgħa li għaddiet fejn intemmet nhar il-Ġimgħa. Il-Kummissarju Ewropew, il-perit Karmenu Vella hu l-kap għal din il-konferenza billi taqa taħt id-dekasteru tiegħu u l-magazine ‘The Parliament’ li joħroġ kull ħ,mistax u jitqassam f’kull lukand fi Brussell ġabet intervista tajba mal-kummissarju Ewropew, fejn l-ILLUM qed iwassal siltiet minnha.

 

Il-konferenza iffukat fuq l-importanza għal miri ambjentali fit-tul. Għax ‘EU Green Week’ hi ħafna aktar minn konferenza. Hi ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet u dibattiti madwar l-ewropa li jħallu lil atturi ewlenin jbiddlu l-idejat ma’ xulxin u jippromwovu l-esperjenzi tagħhom. U bla dubju din id-arba iffukaw ħafna dwar il-potenzjal ta’ impjiegi fils-settur ‘aħdar’. L-Unjoni Ewropea ikkomettiet ruħha li tiġġieled il-bidla fil-klima u li tippromwovi l-ekonomija. Livelli għolja ambjentali jistgħu jikkrejaw opportunitajiet għal impjiegi ‘ħodor’. Għalhekk din il-konferenza qed tiffoka billi jkun hemm biżżejjed ħiliet biex iwasslu għal aktar xogħol.

 

Ejja nieħdu eżempju fis-ettur tal-bini: perit jiddisinja id-dar ‘eco’ perfetta, iżda biex din tinbena hemm bżonn in-nies biex tinbena bħal ‘joiners’, ‘electricians’ u plumbers li jkunu jafu eżatt kif jinħadem dak li l-perit ddisinja. Waqt li it-teknoloġiji ambjentali li jkun ddisinja l-perit ikollhom bżonn manteniment professjonali b’nies kapaċi. U hekk taħdem din il-konferenza dwar l-ambjent biex twassal għal aktar xogħol fil-qasam tal-ambjent. Għax nies b’ħiliet fuq l-ambjent huma element sosetnibbli għall-ekonomija. Imbagħad fil-konferenza prinċipali ġew diskussi l-krejazzjoni ta’ xogħol f’dak li hu ilma, marittimu u l-ibliet. Iżda kif se jinħqolu dawn l-impjiegi? Li hu żgur li b’hekk se jinħolqu impjiegi ġodda u oħrajn li jinbidlu minn dawk tradizzjonali għal dawk aktar diretti għal dinja ambjentali. Eżempju fejn jidħol l-ilma.  Ilma tax-xorb, ilma li ninħaslu bih u l-ilma tad-drenaġġ għenu li biex l-Ewropa tlaħħaq mal-livelli li qed titlob inħolqot industrija ġdida f’dan ir-rigward li għalhekk inħolqu aktar impjiegi.

 

“L-Unjoni Ewropea hi kommessa li tibdel l-isfidi tas-settur marittimu f’opportunitajiet”, qal Karmenu Vella meta ġie biex jitkellem fuq dan is-settur. “Mill-2007 il-kummissjoni Ewropea ħolqot viżjoni dwar l-affarijiet marittimi fejn bdejna bi ġlieda kontra is-sajd illegali. Bdeja niffukaw fuq il-mappa oċeonografika u x-xjenza marina u l-konservazzjoni tal-abitat.”

 

Il-kummissarju dwar l-ambjent qal li ukoll li llum l-ibħra u l-oċejani  huma la-kbar riżorsa tal-pjaneta u huma dawk li jixprunaw l-ekonomija Ewropea. “Illum l-ekonomija ‘bluna’ qed tagħti €1.3 triljun. U hu previst li sal-2030 mistennija tirdoppja. Din qed tippreżenta opportunita kbira għall-Ewropa. L-akbar potenzjal f’din l-eknomija ‘bluna’ se tkun xprunata b’teknoloġiji ġodda, prodotti, servizzi u mudelli ta’ negozju. Ħafna minnhom ħarġu mill-fatt biex jipprovdu soluzzjonijiet għal sfidi oċejonografiċi bħal sajd bl-addoċċ, tibdil fil-klima, ‘pollution’ tal-baħar. Is-sostenibbilita hi ċavetta oħra għall-innvoazzjoni u tirrapreżenta opportunita globali.”

 

Karmenu Vella qal ukoll li issa li l-Ingilterra mhux se tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea, xorta jemmen li għandu jkun hemm relazzjoni speċjali mal-Ingilterra, “u fejn jidħol l-futur marittimu u tal-oċejani tagħna, għandna nkomplu naqsmu l-istess interessi u l-istess problemi bejnietna. Problemi bħala l-ħmieġ li jintefa fil-baħar għax il-klima globali se tmur għall-agħar jekk mhux se nieħdu ħsiebha. Jekk irridu nħallu baħar b’saħħtu lill-uliedna u lin-neputijiet tagħna irridu nikkomettu ruħna għal bidla radikali u rridu l-għajnuna tal-kommunita tan-negozju biex naslu għal dan.”

 

Karmenu Vella qal li hu jemmen bis-sħiħ li jekk is-settur privat ikun mal-politiċi fejn jirrigwarda l-eknomija l-‘blu’ fil-battalja favur l-ibħra tagħna, “nistgħu nwasslu din l-ekonomija għal livell li jmiss.

 

Politika marittima integrali tħallik  tara l-istampa kollha u tikkordina b’mod effiċċjenti l-azzjonijiet tagħna matul is-setturi kollha, bħas-sajd u l-akwakultura, l-enerġija ‘offshore’, portijiet, ‘shipping’,  bini ta’ vapuri, it-teknoloġija marittima, it-turiżmu mal-kosta u limpjiegi u l-iżvilupp ta-reġjuni kostali. Sal-2021 l-istati membri kollha tagħna se jkollhom pjan marittimu u din se tkabbar l-istabbilita u tattira investimenti fis-settur marittimu, filwaqt li tikontribwixxi għal protezzjoni tal-ambjent marittimu.”

 

Karmenu Vella qal ukoll li dwar trasport bejn portijiet sar progress kbir “fejn neħħejna l-barrieri kemm jista jkun biex b’hekk niffaċilitaw it-trasport aktarbil-baħar favur l-ambjent mit-toroq tal-ibliet tagħna. L-Unjoni Ewropea tonfoq madwar €260 miljun fir-riċerka marittima biex naraw lill-ibħra Ewropej jkunu mnaddfa mit-tinġiż sal-2020.

 

Il-kummissarju Ewropew temm li viżjoni Ewropea hi l-kompetittivita, l-innovazzjoni u ewropa sostenibbli li twassal għal transizzjoni lejn soċjeta ‘post petroleum’ filwaqt li tifred l-iżvilupp ekonomiku mill impatti negativi ambjentali li rridu neqirduhom. Se nnaqqsu id-dipendenza Ewropea mill-prodotti ‘fossil based’ (faħam, gass naturali, żejt eċċ.)

More in Intervisti