Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Mizzi jeskludi sistema ta’ rotazzjoni tal-karozzi

‘Taħti, mhux se tidħol sistema ta’ rotazzjoni tal-karozzi...f’Malta ma taħdimx'

Veronica Lynn Mizzi / 8 ta' Novembru 2016 08:01
Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi jeskludi li kemm idum Ministru hu, tidħol sistema ta’ rotazzjoni ta’ karozzi privati. Din is-sistema, li titħaddem f’diversi bliet, l-aktar fl-Amerika t’Isfel imma anke fi bliet Ewropej b’mod temporanju, tfisser li karozza tkun tista’ tinstaq f’ċerti ġranet biss skont l-aħħar numri tan-number plate. 

Mizzi qal li din il-miżura ma taħdimx għal pajjiżna għax tivvantaġġja lil min jiflaħ jixtri aktar minn karozza waħda. 

"Min jiflaħ, se jixtri karozza oħra biex joħroġ biha llum, u bl-oħra għada, imbagħad minflok innaqqsu, nispiċċaw inżidu l-karozzi"
F'intervista mal-gazzetta ILLUM, il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal mingħajr tlaqliq li ma jaqbilx ma’ sistema ta’ rotazzjoni u sostna li sistema bħal din, ma taħdimx Malta, “għax min jiflaħ, se jixtri karozza oħra biex joħroġ biha llum, u bl-oħra għada, imbagħad minflok innaqqsu, nispiċċaw inżidu l-karozzi. Il-mentalità tagħna, ma taċċettahiex.”

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook