Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

(Filmat) Bundy ma jħabbatx bibien…iżda jgħidha kif iħossha

Intervista esklussiva ma' John Bundy 

John Busuttil / 20 ta' Frar 2016 19:53
 

Intervista interessanti ma' personalita televiżiva famuża u popolari li għadu bla programm televiżiv. Bundy f'din l-intervista jgħidha kif iħossha, dwar il-karriera tiegħu, dwar il-ħajja politika tiegħu u dwar kif iħares lejn il-politika tal-lum, dwar ix-xandir u għaliex skont hu ma ngħatax programm fuq l-istazzjon nazzjonali u dwar il-kontroversja Ira Losco.

Aqraw l-intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook