Twelidt propju meta l-PN ħa t-tmexxija tal-pajjiż, b’hekk naf biss gvernijiet Nazzjonalisti”.

Intervista esklussiva mas-segretarju Parlamentari Ian Borg

 

It-tħejjijiet għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE, fl-2017 bdew jirrankaw sew. Malta – l-iżgħar pajjiż ħa jieħu s-siġġu f’ras il-mejda tal-UE, u għas-sitt xhur bejn Jannar u Ġunju, turi x’għandha x’toffri għall-Unjoni Ewropea – billi tfassal l-aġenda leġiżlattiva tal-Kunsill. L-ILLUM iltaqa’ ma’ Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-Presidenza tal-2017.  

 

Il-ħajja politika ta’ Borg tista’ tgħid bdiet bħala Sindku ta’ Ħad-Dingli – fejn gibed l-voti ta’ Laburisti, iżda wkoll tan-Nazzjonalisti speċjalment fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali – “L-isfida hija li żżommhom fl-elezzjoni ġenerali – u naħseb li xi wħud żammejthom. Jien sinċerament meta niltaqa’ man-nies ma narax Laburisti u Nazzjonalisti, jien naħdem għal kulħadd”

 

Bħala l-iżgħar membru fl-eżekuttiv ta’ din il-leġiżlatura, Borg jistqarr li  “Ċertu diffikultajiet, kemm tas-sittinijiet, kif ukoll tat-tmeninijiet, jien m’għixthomx. Jiena fil-fatt twelidt propju meta l-Partit Nazzjonalista ħa t-tmexxija tal-pajjiż Il-kontribut tan-nies li m’għandhomx dik ir-rabta mal-passat, li m’għixux dak il-passat huwa li jkunu aktar liberi fil-ħsieb tagħhom. Nemmen li meta tkun iżgħar inti tkun aktar enerġetiku u dinamiku fuq  kif tħares lejn l-affarijiet.”

 

“Jiena twelidt propju meta l-Partit Nazzjonalista ħa t-tmexxija tal-pajjiż, b’hekk nista’ ngħid li naf biss gvernijiet Nazzjonalisti”. U l-Gvern Laburista li jaf, li qed jara jmexxi lil Malta bħalissa, x’jaħseb fuqu? Borg isemmi fuq kollox il-pjan ta’ enerġija, it-traħħis tad-dawl u tal-ilma, kif ukoll il-progress fil-libertajiet ċivili bħala l-akbar passi ta’ dan il-gvern – “bħala żagħżugħ nista’ nifhem l-ħsibijiet ta’ ċertu nies li mhux neċessarjament iridu jgħixu stil ta’ ħajja kif iriduhom l-ġenituri, jew is-soċjetà tradizzjonali. Mill-aħħar spiċċajna fuq nett tal-lista Ewropea – u naħseb li l-komunità LGBTI, fost l-oħrajn, qed japprezzaw dak li għamel dan il-Gvern.”

 

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

 

More in Intervisti