“Kont niġbor it-tfal tal-Laburisti li kienu mkeċċija mill-Knisja” - Fr Hilary

Intervista esklussiva ta' Fr Hilary Tagliaferro li ta' 80 sena għadu attiv fost iż-żgħażagħ

Fr Hilary - Ritratt: Chris Mangion
Fr Hilary - Ritratt: Chris Mangion

Dħalt fil-Millenium Chapel qalb attività kontinwa ta’ voluntiera li jaħdmu għal ġid ta’ żgħażagħ bi problem soċjali, ta’ droga u kriminalità. Sibt lil Fr Hilary jilqagħni. Kont ili ftit ma narah u għalkemm illum jgħodd 80 sena, quddiemi sibt lill-istess Fr Hilary li ili naf snin twal, attiv u moħħu biss li jiffaċċja l-isfidi li toffri l-ħajja kif jaf hu, b’moħħ miftuħ u mimli enerġija.

”Qishom ħolma għaddew 80 sena, għadni niftakar qisu lbieraħ meta kelli 40 sena” beda jgħidli Fr Hilary li għadu għaddej bil-ħidma tiegħu, “Għal grazzja t’Alla ma waqaftx. Niftakar meta bdejt bl-oratorju fis-sittinijiet qisu lbieraħ. Dan l-aħħar għamilna re-union u ġew xi 120 minn dawk it-tfal li llum kollha nanniet.”

Semma wkoll iż-żmien tal-interdett, “kont kontra l-interdett. U billi Raħal Ġdid u Ħal Tarxien kienu kollha kważi Laburisti, it-tfal kienu kważi kollha mkeċċija mill-għaqdiet tal-Knisja għax missirijiethom kienu jaqraw il-gazzetta ‘Il-Ħelsien’ u jien ġbart it-tfal tal-Laburisti u kont immur il-każini Laburisti biex niġbor it-tfal għall-Oratorju. Kont nagħmel dan għal futbol u mhux għall-politika, anke jekk kienu l-ħafna li kienu jgħidu kontra tiegħi li kont ngħin lil-Laburisti biex neħodha kontra l-Knisja.”

L-Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Intervisti