Il-qassisin nafu minn fejn għandna ngħaddu - Fr. Mark Montebello

Filmat waqt intervista fuq Xarabank ta' Norman Vella lil Fr Mark Montebello

L-intervista ta' Norman Vella ma Fr Mark Montebello
L-intervista ta' Norman Vella ma Fr Mark Montebello

Wara l-istatus fuq Facebook tal-President tal-kunsill amministrattiv tal-PN bil-kritika tiegħu dwar Fr Mark Montebello fuq dak li kien irrappurtat li l-patri qal dwar il-każ ta' Patri Fenech, kien imiss lill-attivist, kandidat tal-PN fl-elezzjonijiet Ewropej u preżentatur fuq NET TV li jfakkar lil dan il-patri dwar dak li kien qal f'intervista li għamillu fuq Xarabank 4 snin ilu. Norman Vella fil-fatt fl-istess intervista kien ħa biċċa minn clip waqt programm Realtà u poġġiha fil-blogg u fl-intervista tiegħu.

Dan ta' hawn taħt hu l-kliem eżatt miktub fuq il-blogg ta' Norman Vella bil-filmat meħud minn fuq Youtube li qiegħed hemm għal pubbliku.

Dalgħodu The Sunday Times irrapurtat li Fr Mark Montebello kien wassal messaġġ lil mara li qed tallega li kienet abbużata sesswalment minn Dumnikan ieħor, li kien hemm min lest iħallas mijiet ta' eluf ta' Ewro biex hi żżomm ħalqha magħluq.

Aktar tard Fr Mark ċaħad li hu kien il-messaġġier imma kkonferma li kien jaf bl-istorja kollha ferm qabel sirna nafu aħna u li darba kien tkellem fuq it-telefown ma' persuna qrib l-allegata vittma dwar din l-offerta ta' flus.

Din l-istorja fakkritni f’intervista li kont għamilt lil Fr Mark f’Xarabank f’Jannar 2010. Din l-intervista kienet dwar bosta dikjarazzjonijiet kontroversjali li l-patri Dumnikan għamel matul is-snin.

Fost il-clips li staqsejt dwarhom lil Fr Mark, kien hemm din li hija meħuda mill-programm Realtà li kien ixxandar ftit jiem qabel fuq ONE TV:

More in Intervisti