Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Ritratti Esklussivi | It-triq taċ-Ċittadella se tinbidel f'tapit spettakolari ta' fjuri

Infiorata spettakolari qed tinħadem bħalissa f'Għawdex bejn 5 pajjiżi fosthom l-Għarb ta' Għawdex biex jimmarkaw il-konferenza presidenzjali tas-CPMR

John Busuttil / 10 ta' Marzu 2017 11:59
Minn kmieni dalgħodu fit-triq li tagħti għaċ-Ċittadella wieħed seta' jara diversi persuni u eluf ta’ fjuri jinħadmu biex mil-lejla sa nhar il-Ħadd din it-triq tkun spettakolari. ‘Alfombristas’ minn Spanja, l-Italja, il-Belġju, il-Messiku u l-Għarb Għawdex qed jaħdmu bla heda għal dan l-ispettaklu uniku li se jagħti aktar kulur lill-ġawhra taċ-Ċittadella t’Għawdex.

Din l-arti spettakolari hi l-ewwel darba li qed issir internazzjonalment fejn dawn il-pajjiżi ingħaqdu biex jagħtu lil Għawdex spettaklu uniku. Din l-infioriata ġiet kummissjonata mill-Ministeru għal Għawdex bil-kolaborazzjoni mal-Kunsill lokali tal-Għarb li huma rinomati bl-infiorata li jagħmlu u mill-Comision Gestora International de Entidades de Alfombristas de Arte Efimero fl-okkażjoni tal-Konferenza reġjonali tal-Presidenza li qed issir Għawdex bħalissa.

Matul il-ġurnata se jinħolqu 10 twapet li disa' minnhom se jkunu speċi ta’ ‘petal’ iffjurit filwaqt li l-10 tapit se jkun bil-bandiera tal-Ewropa bil-logos kollha tal-parteċipanti fil-konferenza tas-CPMR. L-Infiorata se tiġi inawgurata llejla fis-7.30 ta’ filgħaxija.

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook