Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Filmat | Mistennija aktar rwiefen...il-vapur ta’ Għawdex għaddej minn wara Kemmuna

Min-nofsilejl sas-6 a.m. ir-riħ mistenni jonfoħ għal forza 9

John Busuttil / 7 ta' Marzu 2017 17:32
Illum u għada mistenni li r-riħ ikompli jonfoħ mil-majjistral b’forza 7 u 8 għalkemm dal-lejl, wara nofs il-lejl mistenni jilħaq ukoll forza 9.

Ix-xita mhux mistennija tkun aktar milli kellna llum, bi probabilità ta' ħalbiet tax-xita, kultant anke bis-silġ iżda mhxu daqstant frekwenti. Il-baħar hu qawwi ħafna speċjalment fejn jolqot u l-vapur ta’ Għawdex mistenni anke jieħu r-rotta t-twila u jgħaddi minn wara Kemmuna, għalkemm dan jiddependi minn kif jiddeċiedi l-Kaptan tal-Gozo Channel. Fil-ħin illi matulu kien qed jinkuteb dan l-artiklu, l-vapuri għal u minn Għawdex għaddejjin minn wara Kemmuna. Dawk li għandhom dgħajjes fejn jaqbel ir-riħ huma mitluba li jneħħuhom biex ma ssirilhomx ħsara għax mistenni wkoll li kultant ikun hemm  mewġ li jista saħansitra jilħaq id-9 metri.

L-informazjoni meħuda mill-Gozo Weather Page 

https://www.facebook.com/gozoweatherpage/?fref=nf

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook