Refalo mdawwar bit-tfal Sportivi Għawdxin

Jirdoppja l-ammont ta’ tfal Għawdxin li jipprattikaw l-isport fil-programm ‘On the Move

’ Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar il-kumpless sportiv fir-Rabat Għawdex fejn kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt madwar 450 tifel u tifla Għawdxin qed jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi filprogramm ‘On The Move’. It-tfal qed jattendu għal 24 ġimgħa ta’ attività sportiva fil-kumpless sportiv ta’ Għawdex u f’kumplessi oħra mifruxa fil-gżira. L-attendenza ta’ din is-sena hi waħda rekord u tfisser li mis-sena l-oħra l’hawn irdoppjat. Jirriżulta li fil-bidu kien hemm biss mal-100 student jipparteċipaw, u s-sena l-oħra l-figura telgħet għal 250. L-iskema qed jieħdu ħsiebha l-Gozo Sports Board b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u mmexxija minn SportMalta. Min-naħa tiegħu, il-Ministeru għal Għawdex għal sena oħra qed jissussidja l-prezz u joffri trasport b’xejn minn kull raħal. Infatti l-parteċipanti Għawdxin qed iħallsu nofs prezz. Barra minn hekk, għall-ewwel darba din is-sena, qed jiġu organizzatti attivitajiet anke l-Ġimgħa fejn tfal tal-kinder u pre-kinder qed ikollhom sessjoni speċifiċi għalihom. Dan minbarra diversi sessjonijiet ta’ keep fit fosthom b’wieħed speċifiku għal persuni ‘l fuq minn 60 sena. Programm ta’ din ix-xorta jgħin biex jekk xi nanniet ikunu qed jieħdu ħsieb in-neputijiet tagħhom minflok joqogħdu jistennewhom jingħataw taħriġ li jservihom tajjeb għal saħħithom. Din is-sena wkoll ser ikun hemm diversi dixxiplini ġodda fejn l-aktar li qed jiġbdu interess huma lbadminton u l-horse riding, iċ-ċikliżmu, iċ-chess, ir-rugby, il-yoga, l-atletika, it-tennis, l-isquash, iż-żfin, l-arti marzjali u l-ġinnastika. Il-Ministru tenna li l-ħidma li qed issir mill-Gozo Sports Board qed tħalli l-frott mixtieqa fejn din issena hemm numru rekord ta’ madwar 450 parteċipant. Il-Ministru rringrazzja lill-Gozo Sports Board, l-għalliema u l-coaches kif ukoll lill-SportMalta tal-kollaborazzjoni sħiħa li teżisti.

More in G?awdex