Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

'Tgħid hemm xi aġenda moħbija biex dan il-post ma jibqax ġnien u jintuża għal xi ħaġa oħra?'

Il-viċi sindku taż-Żebbuġ Għawdex tgħorku għajnejh dwar ġnien li tħalla jiżdinga f'daqqa waħda

John Busuttil / 3 ta' Jannar 2017 21:08
Il-viċi sindku taż-Żebbuġ Għawdex, Daniel Cordina, fuq is-sit tiegħu ta' facebook tefà domanda li qed turi illi qed tgħorku għajnejh li jista jkun hemm xi proġett moħbi. Dan hekk kif ġnien li s-soltu l-gvern jieħu ħsiebu, qed jitħalla jiżdinga ruħu. Daniel Cordina hu msemmi li fejn jidħol l-ambjent, speċjalment ta' żoni fejn  għandu x'jaqsam hu magħhom jsemma leħnu tant li kien anke ġie mhedded meta kien għadda xi lmenti dwar gabbana.

Daniel Cordina kiteb hekk:

"Dan il-ġnien żgħir li jinsab fiċ-ċentru ta' Marsalforn, fejn jieqfu l-'buses' kollha tal-linja, sa ftit żmien ilu kien jinżamm fi stat tajjeb ħafna mill-ħaddiema tal-ELC inkarigati u mħallsa mill-gvern ċentrali li qabel kienu jieħdu ħsiebu. Iżda issa jinsab żdingat. X'inhi r-raġuni li tħalla hekk? Jixraq li dan jinżamm tajjeb aktar u aktar meta kulmin iżur Marsalforn jarah. Tgħid hemm xi aġenda moħbija biex dan il-post ma jibqax ġnien u jintuża għal xi ħaġa oħra?  Nappella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni immedjata u jagħtu ħajja lil dan il-ġnien u jerġa jinġieb għall-istat li kien fih qabel bil-pjanti u siġar miżmuma kif suppost. Hekk jitgawda min kulmin iżur Marsalforn.'

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook