Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

L-aħħar proġett ta’ TGD: L-ewwel music video ta’ Anna

Miss Malta u Mr World Malta jinterpretaw il-koppja tad-diska mużikali…Higher

John Busuttil / 12 ta' Diċembru 2016 10:57
Xogħol artistiku ta' L. Camilleri ma' Christie Refalo (Miss Malta 2016).
Three Generations Down, id-dar ċkejkna tal-produzzjoni fil-gżira t’Għawdex, kulma jmur, dejjem qed iżżid f’dik li hi skala ta’ filmografija. Iktar tard is-sena d-dieħla mistenni jidher l-ewwel materjal tal-feature f’forma ta’ dokumentarju ‘Gozo At Arms’, fejn se tiġi esplorata l-istorja militari tal-gżira, bl-appoġġ ta’ diversi storiċi lokali. Dan il-proġett ġie esplorat f’wieħed mill-aħħar battuti f’din l-istess gazzetta dwar dan it-tim li qed jikkontribwixxi b’tant enerġija lejn l-industrija indiġena tal-film lokali.

 

Iżjed kmieni din il-ġimgħa, l-aħħar proġett ta’ TGD, Higher, miġbud u maħdum f’Ottubru li għadda; l-ewwel music video tal-artista Anna, li jiżvolġi f’festa ta’ kuluri u kant sajfi, fl-isfond ta’ avventura romantika ta’ koppja f’Għawdex, liema koppja ġiet interpretata minn Christie Refalo u Timmy Puschkin, li rispettivament iġorru it-titli prestiġġjużi ta’ Miss Malta 2016 u Mr World Malta 2016, bl-on-screen sapport ta’ Nicola Grixti, Nicole Cassar, Bernardette Bajada u Francesca Mifsud, ukoll mudelli stabbiliti fix-xena lokali tal-moda.

Xogħol bikri mal-kosta t'Għawdex
 

L-istil tad-diska huwa mixħut fuq dak li jissejjah tropical-flavoured dance, b’liriċi oriġinali tal-kantanta innifisha, b’mużika miktuba mill-awtur mużikali stabbilit Aslan Liev.

 

Il-produzzjoni inħadmet fuq medda ta’ jumejn, b’filming f’ ’il fuq minn għaxar lokalitajiet, bil-viżjoni perpetwa tal-produtturi li dejjem iktar qed jistabilixxu xejra ġdida għal dak li hi esportazzjoni ta’ Għawdex bħala reġjun distint f’dak li hu ambjent, talent, u kultura.

 

Azzjoni
Il-filmat ġie rilaxxat fuq il-paġni tas-siti soċjali onlajn, fejn kif mistenni, ġibed l-attenzjoni tax-xena tal-mużika lokali, u skont is-soltu stil tal-produtturi, taha palata tajba lil dak li hu pubbliċità tal-gżira bħala destinazzjoni turistika, timbru li jinħass sew ma’ kważi kull proġett maħruġ minn dan il-grupp ta’ artisti.

 

Wara l-lenti f’din il-produzzjoni, wieħed isib lil Sean Attard u Manuel Xuereb f’dak li hu fotografija regolari, akkumpanjati minn Daniel Vella u Nick Bugeja mill-aspett ta’ fotografija mill-ajru, ilkoll taħt id-direzzjoni ta’ Amadeo Bezzina.

 

Vokalisti (mix-xellug) S.Bonnici, G.Azzopardi, G.A Xuereb
Lil hinn mill-aspett tekniku, din il-produzzjoni rat ukoll il-ħidma ta’ Lorinda Camilleri fil-kamp tal-make-up artistiku, kif ukoll lil Andrea Schwaiger, Luke Galea, Baskal Mallia u Chris Tabone, ilkoll fil-kompiti rispettivi taghhom, filwaqt li l-kantanta kellha l-on-screen sapport vokalistiku ta’ Gabriella Azzopardi, Sarah Bonnici, u Gabriella Ann Xuereb, tliet kantanti Għawdxin li, fir-remitu rispettiv tagħhom, qed jilħqu ċertu livell f’dik li hi mużika.

 

Dan il-filmat ittella’ bis-sapport ta’ diversi kumpaniji stabbiliti f’dak li huma ħwejjeġ u tessuti, kif ukoll fil-provvista ta’ makkinarju u teknoloġija tal-industrija. 

 

Il-filmat huwa aċċessibli onlajn fil-paġni u s-siti soċjali ta’ Three Generations Down, filwaqt li hu mistenni jilħaq udjenza televiżiva għal bidu tas-sajf tas-sena d-dieħla.

 

 

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook