Bogdanovic reġa' fl-aħbarijiet

....inċident sfortunat li jħallih barra mil-logħba għal diversi xhur

.
.

Daniel Bogdanovic, l-eks plejer internazzjonali u plejer importanti max-Xewkija Tigers reġa' spiċċa fl-aħbarijiet, minħabba inċident sfortunat li sofra l-Ħadd fil-partita kontra ċ-Champions tal-league Għawdxi, Għajnsielem. Dan wara li kien fiċ-ċentru ta' inkjesta, fejn kien allegat li l-plejer ġie meħlus mill-kustodja tal-pulizija wara li kien qed jiġi akkużat b'reati relatati ma' vjolenza domestika sabiex ikun jista' jilgħab logħba importanti mat-tim tiegħu, Xewkija Tigers.

Bogdanovic kiser saqajh minn żewġt ibnadi f'daħla mal-goalkeeper Għajnselmiż, Luke Buttigieg kważi fil-bidu tal-partita eżatt fit-12-il minuta. Dan ifisser li se jkun diffiċli għal dan il-plejer importanti għax-Xewkija li jerġa' jilgħab dan l-istaġun. Sadanittant, Xewkija xorta rnexxielhom jirbħu liċ-Champions Għajnsielem bl-iskor ta' 2 -0 biż-żewġ gowls ikunu skurjati minn Gennaro Hili.

Hi ħasra li plejer ta' klassi ta' Bogdanovic li hu wieħed mill-aqwa elementi fil-futbol Għawdxi, jista' jiddeċiedi li jżarma bħala player meta l-eta tiegħu issa hi ta' 37 sena. Dan minkejja li Bogdanovic hu wkoll il-head coach tan-nursery ta' Xewkija.

More in G?awdex