Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Mijiet ta’ tfal Għawdxin jilagħbu u jippratikaw l-Isport f’On The Move’

Diversi Dixxiplini ġodda bħal horse riding u fotografija sportiva

John Busuttil / 21 t'Ottubru 2016 14:41
 

Għada s-Sibt mijiet ta’ tfal Għawdxin mistennija joħonqu l-kumpless sportiv ta’ Għawdex, il-ground tal-iskola sekondarja u anke jiġu mqassma madwar kumnplessi oħra f’Għawdex biex jibdew 24 ġimgħa ta’ attivita sportiva fli skema ‘On The Move’.

Għal darb’oħra din l-iskema qed jieħdu ħsiebha l-Gozo Sports Board b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u mmexxija minn SportMalta.

Interessanti hu li t-tfal Għawdxin iħallsu nofs prezz għax il-Ministeru għal Għawdex jissusidjalhom il-prezz b’€21 u nhar ta’ Sibt jiġu offruti trasport b’xejn minn kull raħal.

Barra hekk dis-sena se jkun hemm attivitajiet organizzati anke l-Ġimgħa fejn tfal tal-kinder se jkollhom sessjoni għalihom u keep fit għal nies ‘il fuq minn 60 sena ħalli jekk xi nanniet ikunu qed jieħdu ħsieb lin-neputijiet tagħhom flok joqogħdu jistennewhom ma jagħmlu xejn jingħataw taħriġ li jservihom tajjeb għal saħħithom.

Barra hekk dis-sena se jkun hemm dixxiplini ġodda fejn l-aktar li qed jiġbdu interess huma l-badminton u l-Horse riding, filwaqt li hemm dixxiplina mhux tas-soltu, dwar il-fotografija sportiva.

L-għalliema u coaches se jkunu kollha professjonali fejn se jkun hemm taħlita ta’ Għawdxin u anke ta’ Maltin skont id-dixxiplini.

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook