FILMAT | Il-gżira djamant faret bid-drenaġġ

L-ewwel xita qawwija kixfet il-problemi tat-toroq Għawdxin 

Nhar il-Ħadd, il-gżira hekk imsejħa djamant, dik Għawdxija, intlaqtet b'bomba ta' xita qawwija li fi ftit ħin li kixfet l-għawar tal-gżira. F'ħafna toroq, żbroffa d-drenaġġ u anke nqala' l-asfalt, speċjalment f'toroq li tant għandhom bżonn manutenzjoni.

Bħal fil-każ ta' Għajnsielem, fit-triq li tagħti għall-Qala u n-Nadur, id-drenaġġ ilu żmien ħiereġ u issa sploda waħda sew. Fil-filmat, wieħed jista' jara d-drenaġġ fix-Xlendi u anke f'toroq tax-Xagħra u anke l-Qala. Hu fatt li x-xita kixfet l-għawar u l-problemi li għad baqa' fit-toroq Għawdxin.

Ġejja x-xitwa u x-xita żgur li se taqla' iżjed problemi għall-Għawdxin. Is-soluzzjoni hi waħda, jiġifieri baġit akbar għall-Ministeru ta' Għawdex biex jirranġa t-toroq.

More in G?awdex