RITRATTI | Għawdex tar-rekords: L-Għajnselmiżi jilbsu kilometru mill-istess drapp

'L hekk imsejħa XALATURI jimlew it-toroq bl-istess kulur u bid-dulliegħ

Il-Marċ hekk imsejjaħ ta' Balzunetta għal Festa tal-Madonna ta' Loreto f'Għajnsielem, wieħed jista jara spettaklu ta' ħwejjeġ magħmulin mill-istess drapp, żgħażagħ u anke kbar bid-dullieħ f'idhom jixorbu minnhom u festeġġjamenti kbar kif jafu jagħmlu 'l hekk imsejħa XALATURI kif isejħu lilhom infushom l-Għajnselmiżi. Dan il-marċ hu ferm popolari mal-Għawdxin għax l-Għajnselmiżi din is-sena ordnaw kilometru ta' drapp u kull membru tal-familja tagħhom, mill-ixjeħ sat-trabi ġew imlibbsa bih. Dan tahom ir-rekord assolut tal-akbar folla miġbura flimkien lebsin mill-istess drapp. Barra hekk minn filgħodu ftit jew xejn wieħed seta jsib dulliegħ bie xjixtri għax ġew mixtrija mill-Għajnselmiżi biex minn filgħodu jippreparawhom billi jħaffruhom u fihom jitfgħu energy drinks, juices u diversi tipi ta' alkoħol u jixorbuhom matul dan il-marċ li jwassalhom sal-pjazza tar-Raħal fejn wara jkun hemm disco li jkibqa sejjer sas-sigħat bekrin ta' filgħodu. Għal Festa l-Għajnselmiżi jorganizzaw parties fil-pjazza sas-sigħat bikrin matul il-ġimgħa kollha biż-żgħażagħ jixxalaw lejl sħiħ u bix-xjuħ jippruvaw jgħalqu widnejhom u jinjoraw il-ħoss tal-mużika għal dik il-ġimgħa.

Ir-ritratti huma meħuda kollha mis-sit ta' facebook ta' Għajnsielem.com miġbuda mill-fotografu professjonali Għajnselmiż Joseph Sultana

 

More in G?awdex