Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

AĠĠORNAT | 'M'hemmx periklu' - il-perit tal-Gvern

L-awtoritajiet tal-pulizija ħadet azzjoni mill-ewwel 

John Busuttil / 13 t'Awwissu 2016 11:23
L-awtoritajiet tal-pulizija t'Għawdex mmexxija mis-supretendent Antonello Grech, malli rat ir-ritratt fuq l-ILLUM tat-turisti jieklui taħt bini imwaqqa ħadet l-azzjoni immedjatament u dawn ikuntattjaw lil perit tal-Gvern, Shawn Micallef li ħaduh magħhom jara l-bini ta' fuq fejn kien hemm it-turisti jieklu biex jara hemmx periklu gġħal ħajjet it-turisti. Il-perit tal-gvern ċċertfika li m'hemmx periklu. Għalhekk il-pulizija qalulna li huma ħallew kollox kif kien għax qagħdu fuq il-parir tal-perit.

IR-RAPPORT TAL-ILLUM AKTAR QABEL

Turist qed ikunui esposti għal periklu waqt li jkunu qed jieklu taħt bini dilapidat li qed jaqa' biċċa, biċċa fix-Xlendi Għawdex. Hemm bżonn li l-awtoritajiet jieħdu azzjoni qabel issir xi traġedja. (Ritratt meħud minn Għawdxi li bagħatulna għax jinteressah mill-ħajja u minn Għawdex).

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook