Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Ma tistax tieqaf....tista tipparkja għal ċertu ħin....u ma tistax tipparkja

Ħawwadni ħa nifhmek

John Busuttil / 12 t'Awwissu 2016 15:04
Fi triq l-Isptar San Ġiljan, fil-Fontana Għawdex għadhom kif saru żewġ yellow lines taħt sinjal li ma tistax tieqaf u sinjal ieħor li tista tipparkja għal ċertu ħin.

Barra li dawn huma affarijiet li jġagħluk titbissem (jew tibki) għażel int skont Chris Said fuq il-facebook tiegħu qal li l-Kunsill Lokali tal-Fontana ma ġiex konsultat u ma taha l-ebda approvazzjoni għal din il-farsa. L-Uffiċċju tat-Transport Malta u l-perit inkarigat qal li ma ħarġet l-ebda permess biex isiru dawn is-sinjali. Jidher li dawn is-sinjali saru b'mod mirakoluż u l-pulizija skont Chris Said qed imorru u jagħtu ċitazzjonijiet lil min jipparkja f'din it-triq anke jekk kollox jindika li dawn huma sinjali 'illegali'. Interessanti wieħed ikun jaf x'jiġri jekk min ħa ċitazzjoni jikkontesta...Ara kif jħawduh lil Maġistrat! Tista tieqaf? Jew suppost tipparkja bl-arloġġ....imma imbagħad m'hemmx iż-żewġ linji sofor? Ħawwadni ħa nifhmek!!

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook