Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

“Travel light” u ejjew lura mgħobbijin b'esperjenzi sbieħ biex ikollkom x’tirrakkontawlna.

Il-messaġġ tal-Isqof t'Għawdex liż-żgħażagħ li marru l-Polonja

John Busuttil / 25 ta' Lulju 2016 14:52
"Nagħtikom dan il-parir sempliċi: intom u sejrin lejn il-Polonja, travel light. Mhux qed nirreferi għal dak li ser iġġorru fil-haversack, imma biex tersqu għal din l-esperjenza b’moħħ miftuħ u qalb miftuħa." qal L-isqof t'Għawdex liż-żgħażagħ Għawdxin li ngħaqdu ma' dawk Maltin biex imorru l-Polonja. "Nawguralkom li tmorru ħfief, imma tiġu lura mgħobbijin b’dawn l-esperjenzi sbieħ biex ikollkom x’tirrakkontawlna."

‘Il fuq minn 650 żagħżugħ u żagħżugħa minn Malta u Għawdex, ġejjin minn 23 għaqda reliġjuża differenti u minn diversi parroċċi, jinsabu l-Polonja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ). L-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni Maltija qed tiġi kkordinata miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK), li ħejjew ukoll il-verżjoni Maltija tal-kanzunetta uffiċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, ‘Ħenjin li jħennu’. Youtube link: https://youtu.be/_y5MQf6HKOg.

Mal-wasla tagħhom fil-Polonja, iż-żgħażagħ Maltin ġew milqugħa f’diversi parroċċi qrib Krakovja, u matul din il-ġimgħa ser jattendu għall-attivitajiet prinċipali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fosthom is-sessjonijiet ta’ katekeżi u l-laqgħat mal-Papa Franġisku fi Krakovja bejn l-Erbgħa u l-Ħadd li ġej.

Qabel ħallew Malta biex jibdew il-pellegrinaġġ tagħhom, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ maż-żgħażagħ fejn ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex iħallu lil Ġesù jkellimhom permezz ta’ din l-esperjenza straordinarja, li qal tista’ tħalli l-frott fil-qalb ta’ kull persuna u fejn wieħed jista’ jkollu wkoll esperjenza sabiħa ta’ rikonċiljazzjoni. 

 

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook