'Tittraskurawx il-konfessjonarju, jekk hemm bżonn, aħlu ż-żmien tistennew fih'

L-isqof Grech lis-saċerdoti l-ġodda

Waqt Quddiesa lbieraħ filgħaxija fil-knisja parrokkjali Ta’ Kerċem, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech ta l-fakultà tal-Qrar lit-tliet saċerdoti ġodda tad-Djoċesi ta’ Għawdex li l-ġimgħa l-oħra rċevew l-Ordinazzjoni Presbiterali.

Din iċ-ċelebrazzjoni, li ssir kull sena b’mod privat għal dawk li jkunu ġew ordnati saċerdoti, din is-sena saret għall-ewwel darba b’mod uffiċjali, biex tagħmel iktar evidenti l-qawwa tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni f’din is-Sena Mqaddsa tal-Ħniena.

Il-messaġġ tal_isqof kien wieħed qawwi fejn lis-saċerdoti l-ġodda qalilhom: "Nirrakkomandalkom biex ma tittraskurawx il-konfessjonarju. Jekk hemm bżonn, aħlu ż-żmien tistennew fih, għax ma nafux xħin il-grazzja tista’ tmiss il-qalb tal-midneb u timbuttah biex iduq il-ħelsien li Qrara tajba taf tagħti."

More in G?awdex