'Busuttil qed iqabbel ċitazzjoni mal-każ tal-eks sindku tar-Rabat li hu akkużat li saq fis-sakra'

Refalo qal lil Malta Today li hu ħallas l-insurance u kienet l-aġenzija tal-assikurazzjoni li ma mexxietx il-proċess biex titħallas l-liċenzja 

Refalo qal lil Malta Today li hu ħallas l-assikurazzjoni u kienet l-aġenzija tal-assikurazzjoni li falliet milli tmexxi li titħallas l-liċenzja tal-karrozza ma' Trasport Malta. Il-korrispondenza li għandha f'idejha l-Malta Today turi li l-pulizija ħadet il-parir tal-avukat Ġenerali kif tipproċedi fuq il-każ. L-avukat Ġenerali Peter Grech infurmat lill-kummissarju tal-pulizija li billi l-assikurazzjoni kienet mħallsa sitt ijiem qabel l-inċident, l-uniku illegalita kienet li l-liċenzja ma kinitx rinnovata. FGħalhekk il-kummissarju Cassar taha struzzjonijiet lil pulizija t'Għawdex biex timxi mal-parir tal-avukat Ġenerali u toħroġ ċitazzjoni għal multa.

"Busuttil iridni nirriżenja fuq ħabta żgħira u multa tat-traffiku, u jrid iqabbel dan il-każ żgħir ma' dak tas-sindku Samuel Azzopardi, li qed jiffaċċja akkużi li kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol" qal Anton Refalo.

 

More in G?awdex