Rekord assolut ta’ passiġġieri tal-cruiseliners f’Għawdex

Minn Jannar sa Awwissu tal-2015 kien hemm 6,421 passiġġieri

Mill-2010 sa Awwissu tal-2015 kien hemm 57 żjara ta’ cruiseliners li żaru għawdex li ġabu total ta’ 17,100 passiġġier. L-akbar numru ta’ passiġġieri waslu s-sena li għaddiet li s’Awwissu kien diġa hemm 6,421 passiġġieri bi 13-il żjara ta’ cruiseliners. Is-sena ta’ qabel kien hemm biss 3 żjajar u 593 passiġġier u fl-2013 u l-2012 kien hemm 2,482 u 3,539 rispettivament.

Dan it-tagħrif ingħata f’risposta parlamentari tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo għal mistoqsija tad-deputat Anthony Agius Decelis.

More in G?awdex