L-iskola se tinbena flok il-ground tal-Football ta' Victoria - Chris Said

Skont Said tliet clubs tar-Rabat qed jheddu li jxolju

Il-kelliem għal Għawdex għal partit Nazzjonalista, Chris Said fuq facebook tiegħu żvela li flok l-estensjoni tal-iskola li kienu diġa ħarġu l-permessi għaliha, twarrbu u skont Said se tinbena skola ġdida flok il-ground tal-Football ta' Victoria li mal-ġurnata jintuża bħala parkeġġ li minnu jgħixu it-tliet clubs Rabtin għax jaqsmu l-ħlasijiet tal-parkeġġ bejniethom li jfissru eluf ta' ewro lil dawn il-clubs tal-Football.

Chris Said qal li bla dubju li hemm bzonn skola primarja gdida fir-Rabat "pero l-mod kif qed isiru l-affarijiet juru biss tahwid, nuqqas ta' serjeta' u nuqqas kbir ta' ippjanar. Issa dan kollu qed jinqala' wara li sa ftit tal-gimghat ilu suppost beda x-xoghol wara li ngabu l-permessi u nhargu t-tenders biex tinbena skola jew wing gdida f' wiehed mill-grounds tal-iskola sekondarja tal-bniet. Wara dawk l-ispejjes kollha issa jidher li nbidlet id-decizjoni. IPPJANAR VERU SERJU.Qed naqsam maghkom il-post li tella' l-Ministru ghall-Edukazzjoni dwar skola primarja gdida fir-Rabat, Ghawdex.

Evarist Bartolo29 January at 21:25 · 

The current Rabat (Gozo) Primary is not fit for the demands of 21st century education. The educators and staff at the school are doing a remarkable job in a very difficult environment. The building is too old. Students are crammed. The school hall has had to be changed into classrooms. Parents who request to send their children here are being told that they cannot accept further applications, due to lack of space.

Initial planning is underway for the construction of a new school in Rabat that will include a childcare, kindergarten and primary education facilities. Furthermore, a four-storey parking facility will also be built to provide parking facilities for the staff and alleviate parking issues present in the community.

This project will also allow the school to increase its capacity.

"Il- Ministru Bartolo fil-post tieghu ma qalx fejn ser tinbena din l-iskola. Pero illum kulhadd kelma wahda li din ser tinbena flok il-ground tal-football tar-Rabat. (hdejn il-parking). Dan il-ground jintuza mit-tlett clubs tar-Rabat - Victoria Hotspurs, Oratory Youths u SK Victoria Wanderers. X' ser jigri mill-ground? Fejn ser juzaw dawn it-tlett clubs u n-nurseries taghhom? Waslitli informazzjoni li t-tlett clubs qed jipprotestaw bil-qawwa ghax ma gew konsultati bl-ebda mod b' din id-decizjoni. Qaluli wkoll li qed jikkunsidraw azzjoni drastika bhala Clubs.

"Nappella lill-Gvern biex jaghmel il-konsultazzjonijiet kollha li hemm bzonn u jsib l-ahjar sit ghal skola primarja gdida fir-Rabat u mhux jispara bl-addocc." temm Chris Said fuq il-facebook tiegħu

More in G?awdex