It-Tobba Għawdxin m'hemmx għalfejn jagħtu x-xhiedha tagħhom fil-qorti

Post it-tabib hu fis-swali tal-pazjenti u mhux fl-awla tal-qorti

Mill-1 ta' Frar li ġe, il-qorti Għawdxija se tniedi proġett pilota fejn it-tobba Għawdxin mhux se jkollhom għalfejn jitilqu minn xogħlhom fl-isptar Ġenerali t'Għawdex bie ximorru jaħlu nofs ta' nhar fil-qorti biex jixdhu fuq xi każi li jkunu jridu jgħaddu l-informazzjoni professjonali tagħhom dwaru. Issa se jkunu jistgħu jagħmlu dan b'video conference li se tkun mqabbda live mal-lecture room ta' Gozo General Hospital. It-tobba laqgħu din l-inizjattiva b'idejhom miftuħa għax ifisser li mhux se jkollhom iħallu xogħlhom mal-pazjenti fl-isptar fejn eżatt hu posthom. Meta tkellimna ma xi tobba li dwar din l-informazzjoni qalulna li post it-tabib hu fis-swali tal-pazjenti u mhux fl-awla tal-qorti.
 

More in G?awdex