Said jilmenta li lill-Familja Rjali ma sabulhiex ħin biex iżżur Għawdex

Jgħid li għal dan il-Gvern Għawdex mhux prijorità

Il-kelliem għal Għawdex tal-PN, Chris Said ilmenta fuq Facebook, li għal dan il-Gvern Għawdex hu taż-żejjed u n-nieqes. Dan għal fatt li minħabba l-maltemp ta' nhar il-Ħamis kull attività li kellha ssir f'Għawdex tħassret. Said qed jilmenta li llum is-Sibt ħarġet ġurnata sabiħa u xorta ma nstabx ħin biex il-familja rjali żżur il-gżira ta' Għawdex.

Sadattant ħafna mir-ristoranti Għawdxin kienu urtati li kienu lestew biex jilqgħu l-150 delegat li kellu jmur Għawdex. L-ILLUM tkellem ma' Chris Said li qalilna li hu jħossu dispjaċut li minn nhar il-Ħamis tħassar kollox dak li kellu jsir Għawdex anke għal ġurnata tas-Sibt, "meta din kienet ġurnata sabiħa Xitwija." Chris Said qalilna li seta ntbagħad wieħed jew waħda mill-familja rjali żżur l-Għawdex għax din kienet tgħin ħafna biex tagħti pubbliċita lill-Għawdex, "Minn 4 membri tal-familja rjali li kienu f' Malta ghal tlett ijiem hadd minnhom ma sabulu ftit sieghat fil-programm biex izur Ghawdex. Ghawdex ghal dan il-Gvern huwa taz-zejjed u n-nieqes." temm Said

 

 

More in G?awdex