Ristoranti u kummerċjanti urtati għax tħassret żjara taċ-CHOGM f'GĦawdex

Id-deputat Laburista Franco Mercieca jgħid li l-unika soluzzjoni hu 'link' permanenti (mina)

ritratt Gordon Barbara
ritratt Gordon Barbara

Dalgħodu l-kummerċjanti Għawdxin u diversi ristoranti f'Għawdex kienu preparati biex jilqgħu madwar 150 delegat taċ-CHOGM li kellhom iżuru il-gżira. Iżda din iż-żjara kienet mħassra minħabba l-amletemp, anke jekk il-vapuri tal-Gozo Channel baqgħu jaħdmu b'mod regolari, iżda jdumu ftit minuti aktar biex jgħaddu minn wara Kemmuna. Għal ħaddiema Maltin li kellhom bżonn jmorru jaħdmu Għawdex u għall-Għawdxin li jaħdmu jew jistudjaw Malta l-maltemp ma ħassrilhom xejn iżda mhux l-istess jista jingħad fuq id-delegati taċ-CHOGM, forsi għax mhux imdorrijin bil-maltemp.

Sadattant meta l-ILLUM tkellem ma' xi kummerċjanti qalulna li dan ikompli juri kemm Għawdex għandu bżonn mina għax il-qsim bil-vapur qed itellef ħafna negozju f'Għawdex. Fil-fatt anke d-deputat Laburista Franco Mercieca fuq il-facebook tiegħu kiteb li l-uniku soluzzjoni għal Għawdex hi 'permanent link' fejn kien qed jirreferi għal mina.

More in G?awdex