Jinstab il-katavru ta' Carmel Calleja

Il-katavru ta' Carmel Calleja ta' 60 sena li kien ilu nieqes mill-bieraħ nstab fl-irdumijiet f'Ta' Ċenċ

ritratt mibgħut mill-pulizija
ritratt mibgħut mill-pulizija

Il-Pulizija tixtieq tavvża li  Carmel Calleja ta’ 60 sena residenti Sannat, Għawdex, kien irrapurtat nieqes minn nhar il-ĠImgħa m’għadiex tiġi mfittxija peress li nstabet sfortunatament bla ħajja f’Għawdex stess.

Iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-mewt tar-raġel għadhom mhux magħrufa u l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha

CallejaAktar qabel:

Carmel Calleja ta’ 60 sena residenti Sannat, Għawdex, kien irrapurtat nieqes ilbieraħ 27 ta’ Ġunju

L-aħħar li deher, huwa kien liebes flokk u shorts ta’ kulur blu. Calleja huwa ta’ statura medja u twil madwar 173cm.  

 

Kull min għandu xi informazzjoni dwar Calleja jista’ jagħddiha lill-Pulizija, anka b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: 21 224 001-9 jew Crime Stop 119.  Wieħed jista’ anke jagħddi informazzjoni fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.

More in G?awdex