Festa ta' Sport f'Għawdex:- ir-runway ta' Għawdex tilqa l-ewwel ajruplani!

Illum beda weekend ta' Sport f'Għawdex fejn wirjiet tal-Model airplanes laqtu l-għajn ta' kulħadd

ritratti Joe Bajada
ritratti Joe Bajada

Maltin u Għawdxin iltaqgħu fuq il-gżira Għawdxija fi tmiem il-ġimgħa sportiva organizzat mill-Gozo Sports Board flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u l-KMS.

Esebizzjoni fl-ajru ta' diversi mudelli ta' ajruplani fil-Heliport kiebu l-akbar attenzjoni minn diversi Għawdxin li qatt ma kienu raw din it-tip ta' esebizzjoni fl-ajru fejn ħafna minn dawk li jtajruhom għandhom kapaċitajiet kbar. Fosthom hemm madwar 15-il membru Għawdxi li flimkien ma' dawk Maltin għada se jkomplu jtajru dawn il-mudelli fil-heliport mid-9a.m. sas-6 ta' filgħaxija.

Għada Għawdex se jerġa jkun hemm tournaments madwar il-gżira ta' nurseries fejn minn malta qed jieħdu sehem 20 nursery. Filgħodu hemm il-maratona tax-xagħra fejn mistennija jkun hemm madwar 300 atleta Malti għaliha. Logħob tal-baseball, ġinnastika u anke workshop ta' Spiriti Combat fil-Gozo Sports Complex. Hemm ukoll kompetizzjonijiet tal-motokross u anke tal-Enduro.

Fl-ewwel ġurnata tiegħu dan il-weekend ta' Sport kien ta' suċċess b'ħafna Maltin jagħżlu li jitilgħu jakumpanjaw lil familjari tagħhom li qed jikkompetu. ħafna wkoll ħadu din l-opportunita biex joqogħdu Għawdex għal tmiem il-ġimgħa u anke jgawdu mill-ospitalita tal-Għawdxin b'xi platt tajjeb tal-ħut.

Għada wara nofs in-nhar il-ministru għal Għawdex Anton Refalo flimkien mas-segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius u akkumpanjati mill-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board Alvin Grech se jżuru l-attivitajiet sportivi.

Baseball: Għajnsielem Redcoats v Luxol - ritratti Joe Bajada
Baseball: Għajnsielem Redcoats v Luxol - ritratti Joe Bajada
Football - ritratti Joe Bajada
Football - ritratti Joe Bajada
ġinnastika - Ritratti Joe Bajada
ġinnastika - Ritratti Joe Bajada
ritratti Joe Bajada
ritratti Joe Bajada
ritratt Joe bajada
ritratt Joe bajada
ritratti Joe Bajada
ritratti Joe Bajada
ritratt Joe Bajada
ritratt Joe Bajada

More in G?awdex