Jitolbu għal fast boat service

Iż-żgħażagħ iridu għajnuna biex jivjaġġaw lejn Malta fix-xhur tax-xitwa

Il-hovermarine li kellha l-Gozo Channel
Il-hovermarine li kellha l-Gozo Channel

Il-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin qed jitlob lil gvern biex jibda jħaddem dak li ilu mwiegħed għalihom, jiġifieri l-fast boat service. Għax b’hekk tittaffa mhux ftit il-ħajja iebsa tal-Għawdxin li jaħdmu Malta u jridu jaqsmu l-fliegu kuljum. Fejn hemm madwar 1,500 Għawdxi li jużaw il-Gozo Channel ta’ kuljum biex imorru għax-xogħol.

Il-Gvern Laburista permezz tal-Ministeru ta’ Għawdex kien wiegħed li mill-aktar fis possibbli se joħloq is-servizz ta’ fast ferry, iżda jidher li dan il-proġett għadu fi stat ta’ studju. Jista’ jkun hemm xi problemi għal dan il-proġett minħabba li dan it-tip ta’ trasport jista’ jkun ta’ kompetizzjoni mal-Gozo Channel li barra li taħdem kummerċjalment hi istituzzjoni soċjali għal gżira Għawdxija.

Is-servizz ta’ fast ferry iżda jista’ wkoll jaffetwa fil-pożittiv il-problema li nħolqot dan l-aħħar għall-għalliema żgħażagħ Għawdxin li jaħdmu Malta minħabba l-bdil fil-ħinijiet ta’ diversi skejjel. Dan ifisser li ħafna minnhom jew ikollhom iħallsu €300 fix-xahar inkella joħorġu mid-dar qabel titla’ x-xemx u jirritornaw fi djarhom wara li tinżel ix-xemx.

Il-Kunsill qed jitlob li tittieħed azzjoni immedjata biex tiffaċilita l-ħajja ta’ dawn l-għalliema żgħażagħ u lesti li jiltaqgħu mal-awtoritajiet ikkonċernati biex jiddiskutu kif se jaslu għal soluzzjoni.

More in G?awdex