'Dawn in-nies ma nbidlux...jaraw lil kulħadd dubbien'

Joseph Muscat qal kif il-Partit Nazzjonalista huwa 'ostaġġ' tal-burdata ta' persuna waħda

Il-Prim Ministru Joseph Musat jindirizza mass meeting fl-Imqabba | ritratt: Chris Mangion
Il-Prim Ministru Joseph Musat jindirizza mass meeting fl-Imqabba | ritratt: Chris Mangion

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, saħaq kif il-Partit Nazzjonalista ma nbidilx, u "jimxu b'sens ta' superjorità u jaraw lil kulħadd dubbien." Dan waqt li insista li l-PN huwa 'ostaġġ' tal-burdata ta' persuna waħda, b'Simon Busuttil ikun "Prim Ministru dgħajjef b'maġġoranza ta' siġġu wieħed, li jrid jinnegozja dwar kull deċiżjoni."

Waqt li kien qed jindirizza mass meeting fl-Imqabba, il-mexxej tal-Partit Laburista qal kif il-Partit Nazzjonalista għadu lanqas ippreżenta l-manifest tiegħu, iżda min-naħa l-oħra, il-PL għandu "pjan li huwa superjuri għal dak tal-elezzjoni l-oħra.Tafu li se nwettqu, kif diġà wettaqna, imma dan għadu biss il-bidu. Għanda l-istess enerġija u ambizzjoni, imma issa għandna wkoll l-esperjenza. Kull ħaġa li qed nipproponu nafu kif se nwettquha u minn fejn ġejjin il-flus," kompla jgħid Muscat.

Il-folla li attendiet għall-mass meeting fl-Imqabba  | ritratt: Chris Mangion
Il-folla li attendiet għall-mass meeting fl-Imqabba | ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

F'diskors li appella għall-għaqda bosta drabi, il-Prim Ministru insista li, "aħna l-Maltin qatt ma naħdmu jew nitkellmu kontra pajjiżna iżda dejjem magħqudin għal Malta. Il-Maltin se jiġġudikawh fuq hekk...aħna nġibu kull biċċa xogħol lejn Malta, u hu jipprova jgerrex l-investiment." Dan waqt li tkellem dwar il-bandiera ta' pajjiżna, u qal li, "bħalha m'hemm imkien."

Kif ilu jagħmel għal dawn l-aħħar jiem, Muscat reġa' sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni li jekk l-inkjesta indipendenti ma ssib l-ebda ħjiel li Muscat kien involut fil-kumpanija Egrant, "u jirriżulta li huwa gideb kif naf li hu l-każ, se jkollu jirreżenja hu. Toħroġ meta toħroġ l-inkjesta, Simon Busuttil se jkollu jġorr kull tip ta’ responsabbiltà talli ħadem mal-barranin fuq din il-kalunja kontrija, kontra pajjiżna u kontra l-Maltin kollha. Min mhux partiġġjan, jafu li trid tinġarr ir-responsabbilta fuq xi haga kbira daqshekk."

Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-każ tal-Panama fejn saħaq li hu ħallas prezz politiku tal-azzjoni li ħa, "imma l-pajjiż kellu bżonnhom lil dawn in-nies biex ilestu proġetti importanti. Ħafna ma qablux miegħi, u ta' dan ħallast prezz politiku."

Waqt il-mass meeting, Muscat qal ukoll kif l-eks ministru George Pullicino kien biddel il-liġi tal-ambjent, u mar kontra l-parir tal-esperti sabiex tinbena l-power station tal-BWSC. Il-Prim Ministru qal kif karta bil-parit tal-esperti kienet inħbiet, u "issa li nstabet se nkun qed nibgħatha għand l-Awditur Ġenerali biex jerġa' jiftaħ investigazzjoni fuq il-ħniżrijiet li saru dakinhar."

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

More in Elezzjoni 2017