Andrea Bocelli b'rigal lill-Italja u lid-Dinja fl-Għid il-Kbir

Bocelli se jkun qed jagħmel kunċert waħdu fid-Duomo ta’ Milan

It-Tenur internazzjoni Andrea Bocelli se jkun qed jagħti rigal lill-Italja u lid-Dinja nhar Ħadd il-Għid hekk kif se jkun qed jagħmel kunċert waħdu fid-Duomo ta’ Milan.

Il-kunċert li qed ikun imsejjaħ “messaġġ ta’ mħabba, fejqan u tama” se jkun qed jixxandar Live fuq il-YouTube channel tat-Tenur.

Id-Duomo, waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin ta’ Milan, ilu ġimgħat magħluq għall-pubbliku hekk kif jinsab fir-reġjun Taljan l-aktar milqut mill-pandemija tal-Covid-19.

Bocelli se jkun akkumpanjat biss mill-organista tal-Katidral, Emanuele Vianalli.

More in Barranin