Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, iddaħħal l-isptar għal testijiet, għaxart ijiem wara li rriżulta pożittiv għall-coronavirus.
Fi stqarrija, Downing Street spjegat li l-Prim Ministru ddaħħal l-isptar minħabba “sintomi persistenti,” inkluż id-deni.
Intqal li l-Prim Ministru ddaħħal l-isptar bħala prekawzjoni fuq parir tat-tabib tiegħu.
Minkejja li ma jiflaħx, il-Prim Ministru baqa’ jmexxi l-Gvern iżda hu mifhum l-laqgħa li se tkun qed issir illum dwar il-coronavirus se jkun qed imexxiha l-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Johnson għandu 55 sena u l-mara tiegħu qed tistenna tarbija.