Sitt persuni fosthom Pulizija jinqatlu fi sparatura fi New Jersey

Il-Pulizija jgħidu li s-sparar beda ftit wara li pulizija investiga vann li ssuspettaw kellu rabta ma’ qtil

Ix-xena tas-sparar
Ix-xena tas-sparar

Tard ilbieraħ filgħaxija f'Jersey City, li tinstab ftit passi 'l bogħod minn New York City, inqatlu sitt persuni meta koppja fetħet in-nar fuqhom.

Jidher li l-isparatura seħħet meta Pulizija kien qed jinvestiga vann bħala parti minn investigazzjoni dwar omiċidju.

Kien hawn li l-koppja, raġel u mara, fetħet in-nar fuq il-Pulizija u persuni oħra li nzertaw kienu viċin.

Il-Kap tal-Pulizija ta’ Jersey City, Michael Kelly spjega kif “l-isparar beda ħdejn ċimiterju, fejn inqatel il-pulizija, u kompla ħdejn supermarket, fejn instabu ħames iġsma oħra”.

Id-Direttur tas-Sigurtà Pubblika, James Shea qal li l-awtoritajiet s’issa mhux jikkonsidraw dan l-attakk bħala wieħed terroristiku iżda il-każ l-investigazzjoni għaddejja.

Minbarra is-sitta li mietu, weġġgħu wkoll tliet persuni oħra, fosthom żewġ pulizija u persuna li nzertat kienet għaddejja mill-viċinanzi.

More in Barranin