Trump iwaqqaf is-sanzjonijiet fuq it-Turkija wara waqfien mill-ġlied

Ir-Russja qablet mat-Turkija biex tibgħat truppi tagħha sabiex ikun estiż il-waqfien mill-ġlied mal-fruntiera Sirjana

L-Istati Uniti se tkun qed twaqqaf is-sanzjonijiet imposti fuq it-Turkija disat ijiem ilu wara l-offensiva tagħha kontra l-militanti Kurdi fis-Sirja.

Qal dan il-President Amerikan Donald Trump, bid-deċiżjoni ttieħdet wara li r-Russja qablet mat-Turkija biex tibgħat truppi tagħha sabiex ikun estiż il-waqfien mill-ġlied mal-fruntiera Sirjana.

Il-ġlied beda wara li Trump, bħal sajjetta fil-bnazzi, ordna lit-truppi Amerikani biex jirtiraw mit-tramuntana tas-Sirja.

Id-deċiżjoni ta’ Trump kienet ikkritikata kemm mid-Demokratiċi u anke mir-Repubblikani, hekk kif il-Kurdi, li spiċċaw fil-mira tat-Turkija, minn dejjem ħadmu viċin it-truppi Amerikani fil-ġlieda kontra l-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu l-Istat Iżlamiku.

More in Barranin