39 persuna jinstabu mejta f'kontejner f'Essex

Ix-xufier, li għandu 25 sena u li huwa mill-Irlanda ta’ Fuq, ġie arrestat għax qed ikun suspettat b’omiċidju

L-iġsma ta’ 39 persuna nstabu bla ħajja f’kontejner f’Essex.

Ix-xufier, li għandu 25 sena u li huwa mill-Irlanda ta’ Fuq, ġie arrestat għax qed ikun suspettat b’omiċidju.

Diversi pulizija ssejħu mis-servizz ta' ambulanza ftit qabel is-1:40 ta’ filgħodu wara l-iskoperta fil-Waterglade Park Industrijali f’Eastern Avenue, Greys.

Skont il-Pulizija, il-kontejner ivvjaġġa mil-Bulgarija u daħal l-Ingilterra minn Holyhead, Anglesey, nhar is-Sibt li għadda.

S’issa, l-iġsma tal-persuni mejta għadhom ma ġewx identifikati.

L-indikazzjonijiet inizjali huma li nqatlu 38 adult u persuna oħra li għandha inqas min għoxrin sena.

More in Barranin