Brexit | Boris Johnson se jerġa' jittanta xortih u jitlob lill-Parlament japprova l-ftehim

Dan wara li s-Sibt li għadda, Johnson kien kostrett jikteb ittra biex jitlob estensjoni lill-UE

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jerġa’ jitlob lill-Parlament Ingliż biex jivvota dwar il-ftehim li hu nnegozja mal-Unjoni Ewropea.

Johnson irid li l-vot ikun wieħed sempliċi, bid-Deputati jivvutaw sempliċiment “iva” jew “ le” għal dan il-ftehim.

Wara l-vot tas-Sibt li għadda, li fih il-Parlament approva emenda biex il-Parlament jiddiskuti u jivvota fuq kull punt fil-ftehim, Johnson kien kostrett jikteb ittra, anke jekk ma ffirmahiex, biex jitlob estenjoni għal Brexit.

Madanakollu jidher li Johnson irid li llum stess jittieħed vot ieħor, wieħed u sempliċi, dwar il-ftehim.

Issa f’idejn l-Ispeaker John Bercow biex jiddeċiedi jekk il-vot iseħħx jew le.

Il-ftehim il-ġdid ta’ Johnson jemenda l-kwistjoni tal-backstop, 

Min-naħa tagħha, l-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra jekk taċċettax estensjoni jew le anke jekk qed tisħaq li l-vot tas-Sibt ma jirriġettax il-ftehim milħuq.

More in Barranin