L-Ispeaker tal-Istati Uniti tħabbar inkjesta dwar il-President Amerikan

Anke jekk vot kontra Trump huwa faċli fil-Kamra tar-Rappreżentanti, vot kontrih x'aktarx jeħel fis-Senat fejn igawdi maġġoranza

Il-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana se tkun qed tniedi uffiċjalment inkjesta dwar il-President Amerikan Donald Trump u l-allegazzjonijiet li fittex għajnuna politika mill-Ukraina bil-għan li jerġa’ jkun elett fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla.

Ħabbret dan l-Ispeaker Nancy Pelosi wara laqgħa li kellha mal-leġislaturi Demokratiċi.

Fi klliemha, l-azzjonijiet ta’ Trump imminaw is-sigurtà nazzjonali u marru kontra l-Kostituzzjoni Amerikana.

Jekk l-inkjesta, meta titlesta’ tgħaddi għall-vot, il-Kamra tar-Rappreżentanti tivvota fuq kwalunkwe akkużat.

Ġaladarba d-Demokrariċi għandhom il-maġġoranza, x’aktarx li dan il-vot iseħħ, b’Donald Trump jispiċċa t-tielet President li dwaru tkun ivvotat kontra l-Kamra tar-Rappreżetanti.

Madanakollu x’aktarx li dan il-vot jeħel fis-Senat fejn il-partit Repubblikan, jiġifieri l-partit ta’ Trump, għandu l-maġġoranza.

L-akkużi huma dwar diversi telefonati li allegatament Trump kellu mal-President Zelensky tal-Ukraina fejn talbu biex jinvestigaw allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni kontra l-politiku rivali Joe Biden u ibnu Hunter.

Joe Biden kien il-Viċi President taħt Barack Obama iżda issa huwa wieħed mill-kandidati ewlenin tal-Partit Demokratiku Amerikan u x’aktarx li jkun ir-rivali ta’ Trump fl-elezzjonijiet presidenzjali tas-sena d-dieħla.

Trump ammetta li ddiskutew lil Joe Biden iżda ċaħad li talab lill-President Ukren biex jinvestiga l-politiku rivali tiegħu.

More in Barranin