Netanyahu jaqa' lura; taqtiegħa ħarxa bejnu u r-rivali tiegħu

Jidher li ż-żewġ partiti ewlenin jinsabu ras imb'ras hekk kif ħarġu l-ewwel riżultati tal-elezzjoni ġenerali

Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu
Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu

L-ewwel riżultati tal-elezzjoni ġenerali Iżraeljana juru li ż-żewġ mexxejja politiċi jinsabu ras imb’ras, bil-Prim Ministru Benjamin Netanyahu jaqa’ ħafna lura.

Jidher li l-partit ta’ Netanyahu mistenni jirbaħ bejn 30 u 33 siġġu u dak tar-rivali tiegħu Benny Gantz mistenni jirbaħ bejn 32 u 34 siġġu.

Prim Ministru jeħtieġ li jkollu 61 siġġu fil-Parlament u għalhekk wieħed jistenna li issa jibdew in-negozjati mal-partiti ż-żgħar.

Ir-riżultat uffiċjali mistenni jitħabbar aktar tard illum.

It-tir ta’ Netanyahu huwa li jikser ir-rekord u jirbaħ il-ħames leġislatura tiegħu.

Din kienet it-tieni elezzjoni ġenerali f’ħames xhur wara li Netanyahu ma kienx irnexxielu jifforma koalizzjoni.

Benny Gantz
Benny Gantz

More in Barranin