Il-mozzjoni ta' Johnson għal elezzjoni bikrija rrifjutata għat-tieni darba

Issa l-Parlament Ingliż jinsab sospiż sal-14 ta' Ottubru, ftit jiem qabel il-ġurnata li fiha għandu jseħħ Brexit

Għat-tieni darba, il-Parlament Ingliż irrifjuta t-talba ta’ Boris Johnson biex tissejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija.

It-talba ta’ Johnson ġiet irrifjutata ftit qabel mal-Parlament Ingliż ġie sospiż għal ħames ġimgħat.

B’kollox, 293 Deputat ivvutaw favur il-mozzjoni tal-Prim Ministru għal elezzjoni bikrija, ħafna inqas minn kemm kellu bżonn voti biex il-mozzjoni tgħaddi.

Aktar qabel, l-Oppożizzjoni kkonfermat li mhux se tkun qed tappoġġja l-mozzjoni waqt li baqgħet tinsisti li l-ewwel trid tkun assigurata li ma jseħħx Brexit bla ftehim.

Wara li ttieħed il-vot, Boris Johnson reġa' tenna li l-Gvern Ingliż mhux se jerġa' jittardja Brexit u għalhekk dan se jseħħ fil-31 ta' Ottubru.

Il-Parlament Ingliż bħalissa jinsab sospiż sal-14 ta’ Ottubru.

Kienet seduta Parlamentari pjuttost imqanqla, fosthom meta grupp ta' Deputati assedjaw is-sedja tal-Ispeaker b'kartelluni li fuqhom kien hemm mikub 'silenced.'

More in Barranin